GARANZIJI LEGALI
Minimu ta’ sentejn garanzija legali ta’ protezzjoni għal oġġetti mibjugħa fl-Unjoni Ewropea.
Il-konsumaturi jistgħu jitolbu d-drittijiet tagħhom skont il-garanzija legali tal-konformità , pereżempju jekk l-oġġetti:
- ma jaqblux mad-deskrizzjoni;
- ma jaħdmux kif suppost.
Il-bejjiegħa huma responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li kien jeżisti meta l-oġġetti ġew ikkonsenjati, u li jibda jidher fil-perjodu tal-garanzija legali. Il-bejjiegħa f’sitwazzjoni bħal din huma meħtieġa joffru:
- tiswija b’xejn jew sostituzzjoni b’xejn;
- f’xi każijiet, tnaqqis fil-prezz jew rimborż sħiħ.
Xi pajjiżi għandhom perjodu ta’ garanzija legali itwal. Għall-oġġetti użati, jista’ japplika perjodu iqsar, iżda mhux inqas minn sena.
Għal aktar informazzjoni dwar drittijietek f’pajjiż speċifiku, skennja l-kodiċi QR hawn taħt jew staqsi lill-bejjiegħ. europa.eu/youreurope/garanziji
X’għandek tagħmel jekk tirċievi oġġetti mhux konformi:
- Ikkuntattja lill-bejjiegħ malajr kemm jista’ jkun biex jirrapporta l-problema.
- Ipprovdi prova tax-xiri, bħal riċevuta, fattura, jew dikjarazzjoni bankarja.
Il-bejjiegħa u l-produtturi jistgħu joffru wkoll garanziji kummerċjali, li japplikaw indipendentement mill-garanzija legali. Pereżempju, tista’ tara din it-tikketta GARAN li tirrappreżenta garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà offruta mill-produttur mingħajr ebda kost addizzjonali u li tkopri l-oġġett kollu.